L-għajnuna hija disponibbli — minn timijiet ta’ esperti dħulin fin-netwerk ta’ Ċentri għal Internet Aktar Sikur madwar l-Ewropa.
L-ebda problema mhi kbira wisq jew żgħira żżejjed.
Sesstorsjoni, bullying ċibernetiku, kontenut vjolenti – ikun xi jkun il-bżonn, meta titkellem la se jiġġudikawk u lanqas jiskantaw bik. Minflok, jappoġġjawk, jagħtuk għajnuna prattika, u jiggwidawk biex tirrapporta każi ta’ abbuż.
Għajnuna u paririIkkuntattja liċ-Ċentru nazzjonali tiegħek għal Internet Aktar Sikur Il-kwistjonijiet ittrattati jinkludu:
Tista’ tikkuntattja dawn is-servizzi bla ħlas bit-telefown, bl-email jew biċ-chat (il-metodi jistgħu jvarjaw skont il-pajjiż). Iċ-ċentri għal Internet Aktar Sikur joffru wkoll gwida dwar problemi ta’ rappurtar lill-awtoritajiet u l-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-ġenituri. |
Irrapporta materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal.Tista’ tirrapporta kontenut illegali online b’mod anonimu (mingħajr ma tagħti ismek). Ir-rapport tiegħek se jiġi mgħoddi lil xi ħadd li jista’ jieħu azzjoni – fornitur tal-internet, aġenzija tal-infurzar tal-liġi jew korp rilevanti ieħor. |
Assistenza urġentiJekk int jew xi ħadd ieħor tinsabu f’periklu immedjat ikkuntattja lill-pulizija jew servizzi oħra ta’ emerġenza (ċempel 112 fl-Ewropa).
|